Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Mejju 2010 - ICO Services vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-441/08) 1

"Rikors għal annullament - Deċiżjoni Nru 626/2008/KE - Qafas komuni għall-għażla u l-awtorizzazzjoni ta' operaturi ta' sistemi mobbli permezz tas-satellita - Nuqqas ta' interess dirett -Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ICO Services Ltd (Slough, Berkshire, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Tupper, solicitor)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Rodrigues u R. Kaškina, aġenti); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Kimberley u F. Florindo Gijón, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti : M. Wilderspin u A. Nijenhuis, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 626/2008/KE tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-30 ta' Ġunju 2008, dwar l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta' sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) (ĠU L 172, p. 15).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

ICO Services Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 6, 10.1.2009.