Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2014 – Simca Europe vs UASI – PSA Peugeot Citroën (Simca)

(Kawża T-327/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali Simca – Mala fide – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Simca Europe Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Haberkamm, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: GIE PSA Peugeot Citroën (Pariġi, Franza) (rappreżentant: P. Kotsch, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ April 2012 (Każ R 645/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn GIE PSA Peugeot Citroën u Simca Europe Ltd.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Simca Europe Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.