Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Lulju 2022 – Ir-Repubblika Taljana (C-106/19), Comune di Milano (C-232/19) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew

(Kawżi magħquda C-106/19 u C-232/19) 1

(Rikors għal annullament – Dritt istituzzjonali – Regolament (UE) 2018/1718 – Iffissar tas-sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) f’Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) – Artikolu 263 TFUE – Ammissibbiltà – Interess ġuridiku – Locus standi – Inċidenza diretta u individwali – Deċiżjoni adottata mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri fil-marġni ta’ laqgħa tal-Kunsill bil-għan li jiġi stabbilit il-post fejn tinsab is-sede ta’ aġenzija tal-Unjoni Ewropea – Assenza ta’ effetti vinkolanti fl-ordinament ġuridiku tal‑Unjoni – Prerogattivi tal-Parlament Ewropew)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn C. Colelli, S. Fiorentino u G. Galluzzo, avvocati dello Stato) (C-106/19), Comune di Milano (rappreżentanti: J. Alberti, M. Condinanzi, A. Neri u F. Sciaudone, avvocati) (C-232/19)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer, J. Bauerschmidt, F. Florindo Gijón u E. Rebasti, aġenti), Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Anagnostopoulou, A. Tamás u L. Visaggio, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. K. Bulterman u J. Langer, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann, D. Nardi u P. J. O. Van Nuffel, aġenti)

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Ir-Repubblika Taljana, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom fil-Kawża C-106/19.

Il-Comune di Milano, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom fil-Kawża C-232/19.

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 112, 25.3.2019.