Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fis-17 ta’ Novembru 2020 – Suzlon Wind Energy Portugal - Energia Eólica Unipessoal, Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-605/20)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Suzlon Wind Energy Portugal - Energia Eólica Unipessoal, Lda

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

L-interpretazzjoni li skontha t-tiswijiet magħmula matul l-hekk imsejjaħ perijodu ta’ garanzija jitqiesu li huma tranżazzjonijiet mhux suġġetti għat-taxxa meta jitwettqu gratwitament u sa fejn dawn jirriżultaw inklużi taċitament fil-prezz tal-bejgħ tal-oġġett kopert bil-garanzija, hija konformi mad-dritt Ewropew, fejn għandhom jitqiesu li huma suġġetti għat-taxxa l-provvisti ta’ servizzi fil-perijodu ta’ garanzija (bi jew mingħajr applikazzjoni ta’ materjal) li huma suġġetti għal fatturazzjoni inkwantu ma jistgħux ma jiġux ikklassifikati bħala servizzi b’titolu oneruż?

Il-ħruġ ta’ nota ta’ debitu lil fornitur ta’ komponenti ta’ turbini eoliċi għar-rimbors tal-ispejjeż inkorsi mix-xerrej ta’ dawn l-oġġetti matul il-perijodu ta’ garanzija rispettiva, bis-sostituzzjoni ta’ komponenti (fl-importazzjonijiet ta’ oġġetti mill-fornitur li ġew intaxxati bil-VAT u li taw lok għad-dritt ta’ tnaqqis) u bl-arranġament rispettiv (permezz tax-xiri ta’ servizzi minn terzi bi ħlas tal-VAT), fl-ambitu tal-provvista lil terzi ta’ servizzi ta’ installazzjoni ta’ park eoliku, minn dan ix-xerrej (li jinsab f’relazzjoni fi ħdan grupp mal-bejjiegħ, li għandu s-sede tiegħu f’pajjiż terz), għandu jiġi kklassifikat bħala sempliċi tranżazzjoni ta’ rimbors tal-ispejjeż u, bħala tali, eżenti mill-VAT, jew preċedentement bħala provvista ta’ servizzi taħt titolu oneruż li għandha tagħti lok għall-ħlas tat-taxxa?

____________