Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Ottubru 2023 – Verbraucherzentrale Berlin eV vs Vodafone GmbH

(Kawża C-612/23, Verbraucherzentrale Berlin)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Verbraucherzentrale Berlin eV

Konvenut: Vodafone GmbH

Domanda preliminari

Għandu jitqies li “perijodu inizjali ta’ impenn” 1 ikopri biss il-perijodu kuntrattwali ta’ kuntratt inizjali jew għandu jitqies li jkopri wkoll il-perijodu ta’ kuntratt ta’ estensjoni bbażat fuq dikjarazzjonijiet ta’ intenzjoni attwali, li jkun ġie konkluż u li jkun daħal fis-seħħ ħafna qabel l-iskadenza tal-kuntratt inizjali, f’sitwazzjoni fejn il-kuntratt ta’ estensjoni jkollu bħala suġġett prestazzjonijiet differenti għall-impriża u għall-klient meta mqabbla ma’ dawk tal-kuntratt inizjali?

____________

1     Fis-sens tal-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367), kif emendat bil-punt 21 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur (ĠU 2009, L 337, p. 11, rettifika fil-ĠU 2013, L 241, p. 9).