Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Frar 2024 – Eckes-Granini Group u International Beer Breweries vs EUIPO – Capri Sun (PRISUN)

(Kawża T-395/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Eckes-Granini Group GmbH (Nieder-Olm, il-Ġermanja), International Beer Breweries Ltd (Ashkelon, l-Iżrael) (rappreżentant: J. Wachsmuth, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Ringelhann, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Capri Sun AG (Zug, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: A. Franke u S. Frese, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ April 2023 (Każ R 1057/2022-2).

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Eckes-Granini Group GmbH u International Beer Breweries Ltd huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

Capri Sun AG hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-EUIPO.

____________

1     ĠU C 304, 28.8.2023.