Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – EE vs UASI (rappreżentazzjoni ta’ tikek bojod fuq sfond griż)

(Kawża T-77/14) 1

(“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta tikek bojod fuq sfond griż – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EE Ltd (Hatfield, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 704/2013-1), dwar talba għal reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrapreżenta tikek bojod fuq sfond griż bħala trade mark KomunitarjaDispożittivIr-rikors huwa miċħud.EE Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 135, 5.5.2014.