Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Novembru 2011 - mPAY24 vs UASI - ULTRA (MPAY24)

(Kawża T-275/10)

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali MPAY24 - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rettifika tad-deċiżjoni mill-Bord tal-Appell - Att ineżistenti - Regola 53 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: mPAY24 GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: H. G. Zeiner u S. Di Natale, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Ultra d.o.o. Proizvodnja elektronskih naprav (Zagorje ob Savi, is-Slovenja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta' Marzu 2010 (Każ R 1102/2008-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Ultra d.o.o. Proizvodnja elektronskih naprav u mPAY24 GmbH.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta' Marzu 2010 (Każ R 1102/2008-1) hija annullata.

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 234, 28.08.2010.