Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Ġunju 2010 - El Coto De Rioja vs UASI - Álvarez Serrano (COTO DE GOMARIZ)

(Kawża T-276/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Coto De Rioja, S.A. [Oyón (Alava), Spanja] (rappreżentanti: J. Grimau Muñoz, J. Villamor Muguerza, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: María Álvarez Serrano [Gomariz Leiro, (Orense) Spanja]

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tat-28 ta' April 2010, fil-Każ R 1020/2008-4 u, għaldaqstant, tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 2 631 828, għal prodotti fil-klassi 33, li tinkludi l-element verbali "COTO DE GOMARIZ", u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "COTO DE GOMARIZ" (Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 2 631 828), għal prodotti fil-klassi 33 "inbejjed".

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: María Álvarez Serrano

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: EL COTO DE RIOJA S.A.

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark verbali Komunitarja "COTO DE IMAZ" (Nru 339 333), għal prodotti fil-klassijiet 29, 32 u 33; u trade marks magħrufa Spanjoli "EL COTO" u "COTO DE IMAZ", għal "inbejjed".

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Trade mark Komunitarja kkontestata ddikjarata invalida.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja, moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tal-istess regolament.

____________