Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-21 ta’ Diċembru 2020 – W. G. vs Dyrektor Izby Skarbowej w L.

(Kawża C-697/20)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: W.G.

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w L.

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 jipprekludu prassi nazzjonali żviluppata abbażi tal-Artikolu 15(4) u (5) tal-ustawa z dnia 11 marca 2004 r. o podatku od towarów i usług (il-Liġi tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar it-Taxxa fuq il-Prodotti u s-Servizzi (Dz. U tal-2011, Nru 177, pożizzjoni 1054, kif emendata), li teskludi lill-konjuġi li jwettqu attività ta’ bdiewa, fil-kuntest ta’ azjenda agrikola, li jużaw proprjetà li tikkostitwixxi parti mill-komunità tal-akkwisti tagħhom, mill-possibbiltà li jitqiesu bħala persuni suġġetti għall-VAT separati?

Għall-finijiet tar-risposta għall-ewwel domanda huwa essenzjali l-fatt li, skont il-prassi nazzjonali, l-għażla minn kull wieħed mill-konjuġi tat-tassazzjoni imposta fuq l-attivitajiet tiegħu abbażi tal-prinċipji bażiċi tal-VAT twassal sabiex it-tieni konjuġi jitlef l-istatus ta’ bidwi b’rata fissa?

Għall-finijiet tar-risposta għall-ewwel domanda huwa rilevanti l-fatt li huwa possibbli li titwettaq separazzjoni ċara tal-assi li kull wieħed mill-konjuġi juża b’mod awtonomu u indipendenti għall-bżonnijiet tal-attività ekonomika mwettqa?

____________

1 ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.