Rikors ippreżentat fit-23 ta Settembru 2011 - ZZ vs KESE
(Kawża F-92/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-KESE li tirrifjuta t-talba tar-rikorrenti għall-ammissjoni tal-iżbalji mwettqa fir-rigward tagħha minħabba nuqqas ta' assistenza u nuqqas ta' dmir ta' premura kif ukoll għat-teħid ta' miżuri ta' natura li jistabbilixxu pubblikament il-merti u l-kompetenzi tagħha u talba għal danni.
Talbiet tar-rikorrenti
jannulla d-deċiżjoni tal-14 ta' Ġunju 2011 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (Awtorità tal-Ħatra/KESE) li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti għall-ammissjoni tal-iżbalji mwettqa fir-rigward tagħha minħabba nuqqas ta' assistenza u nuqqas ta' dmir ta' premura kif ukoll għat-teħid ta' miżuri ta' natura li jistabbilixxu pubblikament il-merti u l-kompetenzi professjonali tagħha b'mod partikolari, il-kapaċità tagħha fi ħdan direttorat ta' diviżjoni amministrattiva u għat-tmexxija tar-riżorsi umani u finanzjarji tagħha;
jikkundanna lill-KESE għall-ħlas ta' ammont ta' EUR 15 000 bħala danni morali li jirriżultaw mill-ksur tad-dmir ta' premura tal-Awtorità tal-Ħatra;
jikkundanna lill-KESE għall-ispejjeż.
____________