Rikors ippreżentat fit-22 ta' Settembru 2008 - Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (Forma ta' fenek taċ-ċikkulata)
(Kawża T-395/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG (Kilchberg, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: R. Lange, E. Schalast u G. Hild, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta' Lulju 2008 (Każ R 419/2008-4);
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali fil-forma ta' fenek taċ-ċikkulata għal prodotti fil-klassi 30 - Applikazzjoni Nru 3 664 372
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.
Motivi invokati: It-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni mhijiex komuni, għandha funzjoni li tindika l-oriġini u għandha l-karattru distintiv meħtieġ.
____________