Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Diċembru 2010 - Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (Forma ta' fenek taċ-ċikkulata)
("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta' fenek taċ-ċikkulata - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009]")
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG (Kilchberg, l-Isvizzera) (rappreżentanti: R. Lange, E. Schalast u G. Hild, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta' Lulju 2008 (Każ R 419/2008-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta' fenek taċ-ċikkulata bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 313, 06.12.2008.