Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' April 2008 - Beifa Group vs L-UASI - Schwan-STABILO Schwanhäußer (disinn ta' strumenti għall-kitba)

(Kawża T-148/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Beifa Group Co. Ltd (li qabel kienet Ningbo Beifa Group Co. Ltd) (Zhejiang, iċ-Ċina) (rappreżentanti: R. Davis, Barrister u N. Cordell, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Schwan-STABILO Schwanhäußer GmbH & Co KG (Heroldsberg, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-31 ta' Jannar 2008 fil-każ R 1352/2006-3;

tirrinvija l-każ quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni sabiex il-kwistjonijiet li tqajmu fit-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità jiġu eżaminati mill-ġdid;

tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Disinn ta' "strumenti għall-kitba" - disinn Komunitarju rreġistrat Nru 352315-0007

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tad-disinn Komunitarju: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell    

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark figurattiva nazzjonali li tirrappreżenta strument għall-kitba rreġistrata fl-14 ta' Diċembru 2006 għal prodotti fil-klassi 16 - reġistrazzjoni Nru DE 30045470

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Invalidità tad-disinn ikkontestat

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Aritkolu 25(1)(e) tar-Regolament Nru 6/2002, safejn it-Tielet Bord ta' l-Appell ibbaża ruħu fuq kriterji żbaljati sabiex jivverifika jekk it-trade mark intużatx mir-rikorrenti, kif titlob din id-dispożizzjoni; it-Tielet Bord ta' l-Appell kellu jeżamina jekk l-użu tat-trade mark mill-parti l-oħra fil-proċedimenti kienx jissodisfa r-rekwiżiti kemm ta' l-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament 6/2002 u kif ukoll dawk tad-dritt nazzjonali Ġermaniż; għall-finijiet tad-deċiżjoni tiegħu b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament Nru 6/2002, it-Tielet Bord ta' l-Appell kellu japplika l-kriterji li d-dritt nazzjonali Ġermaniż stabbilixxa f'dak li jirrigwarda l-ksur tat-trade marks

____________