Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' April 2008 - REWE-Zentral vs L-UASI - Aldi Einkauf (Clina)

(Kawża T-150/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: REWE-Zentral AG (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Kinkeldey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mir-Raba' Awla tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-15 ta' Frar 2008 - każ Nru R 1484/2006-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Clina" għal prodotti fil-klassijiet 3 u 21 (applikazzjoni Nru 3 921 079).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark verbali "CLINAIR" għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 (trade mark Komunitarja Nru 1 769 850).

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: ċaħda ta' l-oppożizzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: id-deċiżjoni tal-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni hija annullata u l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni hija miċħuda.

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 1, minħabba fin-nuqqas ta' riskju ta' konfużjoni bejn it-trade marks in kwistjoni.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).