Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Settembru 2011 - Meica vs UASI - TofuTown.com (TOFUKING)

(Kawża T-99/10) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja TOFUKING - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti King - Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali preċedenti Curry King - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG (Edewecht, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Russlies, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: TofuTown.com GmbH (Wiesbaum, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Krause u F. Cordt, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Jannar 2010 (Każ R 63/2009-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG u TofuTown.com GmbH.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-7 ta' Jannar 2010 (Każ R 63/2009-4) hija annullata.

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu, kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti minn Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG

TofuTown.com GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 113, 01.05.2010.