Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' Marzu 2010 - Meica vs UASI -Tofutown.com

(Kawża T-99/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG (Edewecht, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Russlies, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tofutown.com GmbH (Wiesbaum/Vulkaneifel, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-7 ta' Jannar 2010, fil-Każ R 173/2009-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Tofutown.com GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "TOFUKING" għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 (Applikazzjoni Nru 5 027 016)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża "King" (Trade mark Nru 30 404 434), it-trade mark verbali Komunitarja "Curry King" (Trade mark Nru 2 885 077) u t-trade mark verbali Ġermaniża "Curry King" (Applikazzjoni Nru 39 902 969), it-trade marks kollha rreġistrati għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 1, peress li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 2003, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1. p. 146).