Language of document : ECLI:EU:C:2014:8

Kawża C‑300/12

Finanzamt Düsseldorf-Mitte

vs

Ibero Tours GmbH

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof)

“Taxxa fuq il-valur miżjud – Tranżazzjonijiet ta’ aġenti tal-ivvjaġġar – Għoti ta’ roħs lil vjaġġaturi – Determinazzjoni tal-valur taxxabbli tas-servizzi pprovduti fil-kuntest ta’ attività ta’ intermedjarju”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar – Valur taxxabbli – Provvista ta’ servizzi minn organizzatur ta’ ġiti turistiċi pprovduti minn aġenzija tal-ivvjaġġar – Applikazzjoni tal-prinċipji ddefiniti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Elida Gibbs – Kundizzjoni – Aġenzija tal-ivvjaġġar li tagħti skont lill-vjaġġaturi fuq il-prezz tal-vjaġġi organizzati mill-organizzatur

(Direttiva tal-Kunsill 77/388)

Id-dispożizzjonijiet tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-prinċipji ddefiniti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-24 ta’ Ottubru 1996, Elida Gibbs (C-317/94) dwar id-determinazzjoni tal-valur taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud ma japplikawx meta aġenzija tal-ivvjaġġar, waqt li taġixxi fil-kwalità ta’ intermedjarja, tagħti lill-konsumatur finali, fuq inizjattiva u bi spejjeż tagħha stess, tnaqqis tal-prezz fuq is-servizz prinċipali pprovdut mill-organizzatur tal-ġiti turistiċi.

(ara l-punt 33 u d-dispożittiv)