Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2022 – Fidelity National Information Services vs EUIPO – IFIS (FIS)

(Kawża T-237/21) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni FIS – Trade mark verbali tal-Unjoni preċedenti IFIS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fidelity National Information Services, Inc. (Jacksonville, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Wilhelm, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Frydendahl u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Banca IFIS SpA (Mestre, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2021 (Każ R 1460/2020-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Banca IFIS u Fidelity National Information Services.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Fidelity National Information Services, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 252, 28.6.2021.