Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2015 – Zitro IP vs UASI – Gamepoint (SPIN BINGO)

(Kawża T-665/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SPIN BINGO – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZITRO SPIN BINGO – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zitro IP Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Canela Giménez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Gamepoint BV (La Haye, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1388/2012-4), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Zitro IP Sàrl u Gamepoint BV.DispożittivIr-rikors ta’ Zitro IP Sàrl huwa miċħud.Zitro IP hija kkundannata għall-ispejjeż.