Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Mejju 2012 - Kraft Foods Global Brands vs UASI - Fenaco (SUISSE PREMIUM)

(Kawża T-60/11)

[Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SUISSE PREMIUM - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Premium - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Ċaħda tal-oppożizzjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kraft Foods Global Brands LLC (Northfield, Illinois, l-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Manea, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: fenaco Genossenschaft (Berna, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-11 ta' Novembru 2010 (Każ R 522/2010 1), rigward proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Kraft Foods Global Brands LLC u fenaco Genossenschaft.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kraft Foods Global Brands LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 103, 02.04.2011