Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Lulju 2011 - Bial - Portela & Ca v UASI - Isdin (ZEBEXIR)

(Kawża T-366/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bial - Portela & Ca, SA (São Mamede do Coronado, il-Portugall) (rappreżentanti: B. Braga da Cruz u J. M. Pimenta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Isdin, SA (Barċellona, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' April 2011 fil-Każ 1212/2009-1;

tordna lill-konvenut sabiex jirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6809008 "ZEBEXIR"; u

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "ZEBEXIR", għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6809008

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3424223 tat-trade mark verbali "ZEBENIX", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ikkunsidra b'mod żbaljat li t-trade marks inkwistjoni ma jixtibhux b'mod li tista' tinħoloq konfużjoni bejniethom

____________