Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2024 – Ty vs EUIPO – Carletto Management & Logistik (Glubschis)
(Kawża T-137/24)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Ty, Inc. (Westmont, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. von Bomhard, J. Fuhrmann u A. Malkmes, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Carletto Management & Logistik AG (Wollerau, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “Glubschis” li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 281 710 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 1835/2021-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-EUIPO u fil-każ ta’ intervent, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________