Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Mejju 2011 - Pangyrus vs UASI - RSVP Design (COLOURBLIND)

(Kawża T-257/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pangyrus Ltd (York, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Clubb, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: RSVP Design Ltd (Renfrewshire, ir-Renju Unit)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) tat-23 ta' Marzu 2011 fil-Każ R 751/2009-4;

tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) tat-12 ta' Mejju 2009; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali "COLOURBLIND", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 28, 35 u 41 - Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3337979

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivi tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: il-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità bbażat it-talba tagħha fuq żewġ motivi, jiġifieri l-Artikolu 53(1)(c) flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, billi invokat dritt preċedenti mhux irreġistrat protett mil-liġi kontra l-abbuż tad-denominazzjoni (passing off) fir-Renju Unit, kif ukoll fuq l-eżistenza ta' mala fide skont l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja ddikjarata kollha kemm hi invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata u talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda

Motivi invokati: ir-rikorrenti tqis li l-Bord tal-Appell wettaq żball ta' liġi billi kkonstata li: (i) il-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja ma aġixxiex in mala fide meta applika għat-trade mark Komunitarja; u (ii) ir-rikorrenti naqset milli tipprova li kienet użat sinjal preċedenti matul in-negozju tagħha qabel id-data li fiha saret l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja kkontestata.

____________