Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2014 – Kicktipp vs UASI – Società Italiana Calzature (kicktipp)

(Kawża T-135/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kicktipp GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Società Italiana Calzature Sr (Milano, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-12 ta’ Diċembru 2013, fil-Każ R 1061/2012-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għal trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “kicktipp” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 35, 38 u 41 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8 874 281

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trademarks Taljani Nri 348 149, 905 554, 905 554 għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja