Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2014 – Tilda Riceland Private vs UASI – Siam Grains (BASMALI LONG GRAIN RICE RIZ LONG DE LUXE)

(Kawża T-136/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tilda Riceland Private Ltd (Gurgaon, l-Indja) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, N. Urwin u D. Sills, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Siam Grains Co. Ltd (Bangkok, it-Tajlandja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta’ Diċembru 2013, mogħtija fil-Każ R 1086/2012-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-iswed u bl-abjad li tinkludi l-elementi verbali “BASMALI LONG GRAIN RICE RIZ LONG DE LUXE” għal prodotti fil-klassi 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 520 641

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark preċedenti mhux irreġistrata u s-sinjal preċedenti “użat fil-kummerċ u li jindika klassi ta’ prodotti” “BASMATI” użati fir-Renju Unit fir-rigward tar-“ross”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.