Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 23 ta’ Ottubru 2015 – I Castellani vs UASI – Chomarat (Rappreżentazzjoni ta’ ċirku)

(Kawża T-137/14)1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark figurattiva li tirrappreżenta ċirku – Użu ġenwin tat-trade mark – Portata tal-użu – Artikolu 15(1)(a), u Artikolu 51(1)(a) tar-Reoglament (KE) Nru 207/2009 – Forma li hija differenti minħabba elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv – Drittijiet tad-difiża – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: I Castellani Srl (Meldola, l-Italja) (rappreżentanti: M. Caramelli, F. Boscariol de Roberto, I. Gatto u D. Martucci, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Rajh u A. Folliard-Monguiral, aġenti)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Compagnie Chomarat (Pariġi, Franza) SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 1001/2012-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Compagnie Chomarat u I Castellani Srl.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.I Castellani Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 135, 05.05.2014.