Language of document : ECLI:EU:T:2015:798





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2015 –
I Castellani vs UASI – Chomarat (Rappreżentazzjoni ta’ ċirku)

(Kawża T‑137/14)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark li tirrappreżenta ċirku – Użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Forma li hija differenti minħabba elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv – Drittijiet tad-difiża – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell – Eżami mill-ġdid taċ-ċirkustanzi ta’ fatt fid-dawl ta’ provi mhux prodotti minn quddiem l-istanzi tal-Uffiċċju – Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 15)

2.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Appell minn deċiżjoni ta’ diviżjoni tal-Uffiċċju li tiddeċiedi fl-ewwel istanza mibgħut quddiem il-Bord tal-Appell – Kontinwità funzjonali bejn dawn iż-żewġ istanzi – Eżami tal-appell mill-Bord tal-Appell – Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 64(1)) (ara l-punti 23, 24)

3.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Eżami tat-talba – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Rekwiżit ta’ provi konkreti u oġġettivi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1) u 51(1)(a); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regoli 22(3) u 40(5)) (ara l-punti 32‑38)

4.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark – Trade mark figurattiva li tirrappreżenta ċirku (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1) u 51(1)(a)) (ara l-punti 46-49, 51-54)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 1001/2012-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Compagnie Chomarat u I Castellani Srl.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

I Castellani Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.