Language of document : ECLI:EU:T:2014:606





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 — Sorinet Commercial Trust Bankers vs Il-Kunsill

(Kawża T‑157/13)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Terminu għall-aġġustament tat-talbiet — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni — Modulazzjoni ratione temporis tal-effetti ta’ annullament”

1.                     Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Att li jwassal għal miżuri restrittivi kontra persuna jew entità — Att ippubblikat u kkomunikat lid-destinatarji — Data tal-komunikazzjoni tal-att — Komunikazzjoni lill-persuna interessata permezz ta’ pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea — Terminu li jibda jiddekorri fl-erbatax-il jum wara din il-pubblikazzjoni (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3); Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 46(3)) (ara l-punti 34-49)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Deċiżjoni jew regolament li fil-mori tal-kawża jissostitwixxu l-att ikkontestat — Element ġdid — Talba għal estensjoni tat-talbiet u tal-motivi inizjali — Terminu għall-preżentata ta’ tali talba — Bidu tad-dekorrenza — Data tal-komunikazzjoni tal-att il-ġdid lill-persuni interessati (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 522/2013) (ara l-punti 51-55)

3.                     Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari — Portata tal-istħarriġ — Evalwazzjoni tal-legalità skont informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni (Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 522/2013) (ara l-punti 61, 62, 64, 74)

4.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-provi ġodda li jinkriminaw — Portata (Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 522/2013) (ara l-punti 64, 65, 68-74)

5.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Aġir li jikkorrispondi għal sostenn għal tali proliferazzjoni — Assenza (Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 522/2013) (ara l-punti 64, 67, 73-79)

6.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Obbligu li tiġi kkomunikata l-motivazzjoni lill-persuna interessata fl-istess waqt li jiġi adottat l-att li jikkawżalha preġudizzju, jew immedjatament wara — Limiti — Sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri jew twettiq tar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom — Portata (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 522/2013) (ara l-punti 69-74)

7.                     Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Annullament parzjali ta’ regolament u ta’ deċiżjoni li jikkonċernaw l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran — Dħul fis-seħħ ta’ dan l-annullament mid-data ta’ skadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ appell jew miċ-ċaħda tiegħu (Artikoli 264 TFUE u 266 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56; Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 522/2013) (ara l-punti 80-86)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal‑21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71), sa fejn din inkludiet isem ir-rikorrenti fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), sa fejn dan inkluda isem ir-rikorrenti fil-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (ĠU L 156, p. 10), sa fejn din żammet isem ir-rikorrenti fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/43, kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (ĠU L 156, p. 3), sa fejn dan żamm isem ir-rikorrenti fil-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, hija annullata sa fejn din tinkludi isem Sorinet Commercial Trust Bankers Ltd fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK.

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huwa annullat sa fejn dan jinkludi isem Sorinet Commercial Trust Bankers Ltd fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.

3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413, hija annullata sa fejn din żammet isem Sorinet Commercial Trust Bankers Ltd fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413.

4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012, huwa annullat sa fejn dan żamm isem Sorinet Commercial Trust Bankers Ltd fl-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012.

5)

L-effetti tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2013/270, u tal-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 522/2013, f’dak li jikkonċerna lil Sorinet Commercial Trust Bankers Ltd, huma miżmuma sad-data ta’ skadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ appell imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew, jekk f’dan it-terminu jkun ġie ppreżentat appell, saċ-ċaħda tal-appell.

6)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Sorinet Commercial Trust Bankers.