Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Petro Suisse Intertrade vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-156/13 u T-373/14) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament – Entità infrastatali — Locus standi u interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Dritt għal smigħ — Obbligu ta’ notifika — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-proprjetà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Petro Suisse Intertrade Co. SA (Pully, l-Isvezja) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey, D. Rovetta, N. Pilkington u D. Sellers, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Rodios, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71), kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tinsab fl-ittra tal-14 ta’ Marzu 2014 intiża sabiex iżżomm il-miżuri restrittivi meħuda kontra r-rikorrenti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Petro Suisse Intertrade Co. SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 147, 25.5.2013.