Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru 2021 – Residencial Palladium vs EUIPO – Palladium Gestión (PALLADIUM HOTEL GARDEN BEACH)

(Kawża T-566/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva PALLADIUM HOTEL GARDEN BEACH – Isem kummerċjali nazzjonali preċedenti GRAND HOTEL PALLADIUM – Raġuni relattiva għal rifjut – Użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali – Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 60(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Residencial Palladium, SL (Ibiza, Spanja) (rappreżentant: D. Solana Giménez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Crawcour u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali, ammessa sabiex tissostitwixxi l-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Palladium Gestión, SL (Ibiza) (rappreżentant: J. Rojo García-Lajara, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Ġunju 2020 (Każ R 1542/2019-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Residencial Palladium u Fiesta Hotels & Resorts, SL.

Dispożittiv

Palladium Gestión, SL hija awtorizzata tissostitwixxi lil Fiesta Hotels & Resorts, SL bħala intervenjenti.

Ir-rikors huwa miċħud.

Residential Palladium, SL hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Palladium Gestión.

____________

1     ĠU C 371, 3.11.2020.