Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2021 – Jalkh vs Il-Parlament

(Kawża T-230/21 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Dritt istituzzjonali – Membru tal-Parlament Ewropew – Privileġġi u immunitajiet – Tneħħija tal-immunità parlamentari – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-François Jalkh (Gretz-Armainvilliers, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u A.-M. Dumbrăvan, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 278 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Parlament P9_TA(2021)0092 tal-25 ta’ Marzu 2021, dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità tar-rikorrent [2020/2110(IMM)].

Dispożittiv

It-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________