Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-25 ta' Ottubru 2007 - Milella u Campanella vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-71/05)1

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Elezzjonijiet - Kumitat tal-Persunal - Ħatra tar-rappreżentanti tas-sezzjoni lokali tal-Kumitat tal-Persunal tal-Kummissjoni stabbilit fil-Lussemburgu fil-Kumitat Ċentrali tal-Persunal tal-Kummissjoni - Prinċipju ta' tqassim globali proporzjonali għar-riżultati elettorali - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Arcangelo Milella (Niederanven, il-Lussemburgu) u Delfina Campanella (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M.-A. Lucas)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Kraemer)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-ħatra tar-rappreżentanti tal-Kumitat Lokali tal-Persunal tal-Lussemburgu (KLPL) fil-Kumitat Ċentrali tal-Persunal (KĊP) kif ukoll il-konstatazzjoni ta' l-illegalità tad-deċiżjonijiet tal-KLPL.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali "Persunal u Amministrazzjoni" tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tat-18 ta' April 2005 hija annullata safejn din talbet formalment lis-sezzjoni lokali tal-Kumitat tal-Persunal tal-Kummissjoni stabbilit fil-Lussemburgu tirrispetta "[l]-indikazzjonijiet li jinsabu f'din id-deċiżjoni".

Id-Deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali "Persunal u Amministrazzjoni" tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tal-11 ta' Mejju 2005 hija annullata.

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 229, 17.9.2006, p. 36.