Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Marzu 2012 — Universal vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-42/11)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Taljan tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux ipproċessat — Talba għall-ħlas tal-multa lill-kumpannija parent — Garanzija bankarja kkostitwita f’isem is-sussidjarja — Eżiġibbiltà tal-multa — Rikors għal annullament — Att li ma jistax jiġi kkontestat —Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Ittri tal-Kummissjoni li jistiednu lid-destinatarju jħallas multa, bl-interessi moratorji, imposta għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni — Atti preparatorji għal atti ta’ sempliċi eżekuzzjoni — Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 20, 21, 27, 28, 32)

2.                     Kompetizzjoni — Multi — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Portata — Setgħa ta’ stabbiliment tal-modalitajiet ta’ ħlas tal-multi — Impożizzjoni ta’ interessi moratorji (Artikolu 299 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 29, 30)

3.                     Dritt tal-Unjoni — Prinċipji — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Inammissibbiltà tar-rikors għal annullament kontra miżuri li ma jipproduċux effetti legali vinkolanti — Possibbiltà għall-individwi li jikkontestaw tali miżuri permezz tar-rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni (Artikolu 268 TFUE, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 299 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 43-45)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni inkluża fl-ittri tal-Kummissjoni, tat-12 u tat-30 ta’ Novembru 2010, li permezz tagħhom hija talbet lir-rikorrenti tħallas l-ammont tal-multa li hija kienet imponitilha, in solidum mas-sussidjarja tagħha Deltafina SpA, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4012 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) (Każ COMP/C.38.281/B.2 — Tabakk mhux ipproċessat — l-Italja).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Universal Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.