Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2023 – Adeva vs EUIPO – Sideme (MAISON CAVIST.)

(Kawża T-313/23)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Adeva (Mitry-Mory, Franza) (rappreżentant: S. Drillon, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société Industrielle d’Equipement Moderne SA (Sideme) (Levallois-Perret, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MAISON CAVIST.” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 293 519

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Marzu 2023 fil-Każ R 1623/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiċħad l-appell ippreżentat mill-kumpannija Adeva;

tiċħad kompletament it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea “MAISON CAVIST.” Nru 18 293 519 imressqa minn Sideme.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________