Language of document :

Appell ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2023 minn NO mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-20 ta’ Ġunju 2023 fil-Kawża T-771/22, NO vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-522/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: NO (rappreżentant: E. Smartt, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-30 ta’ Jannar 2024 il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell bħala, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment, manifestament infondat, u kkundannat lil appellant għall-ispejjeż tiegħu.

____________