Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2014 – Vnesheconombank vs Kunsill

(Kawża T-737/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Bank for Development and Foreign Economic Affairs (Vnesheconombank) (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: J. Viñals Camallonga u J. Iriarte Ángel, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK, tal-31 ta’ Lulju 2014, sa fejn jikkonċernaha u teskludiha mill-anness tagħha;

tannulla l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) tal-Kunsill Nru 833/2014, tal-Kunsill tal-31 ta’ Lulju 2014, sa fejn jikkonċernaha u teskludiha mill-Anness III tagħha;

tannulla l-Artikolu 1 il-ġdid tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/659/PESK, tat-8 ta’ Settembru 2014, sa fejn jikkonċernaha u teskludiha mill-Anness I tagħha;

tannulla l-Artikolu 5 il-ġdid tar-Regolament (UE) tal-Kunsill Nru 960/2014, tat-8 ta’ Settembru 2014, sa fejn jikkonċernaha u teskludiha mill-anness li fiha hija inkluża, u

tikkundanna għall-ispejjeż lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors qiegħed isir kontra r-regoli msemmija hawn fuq, dwar miżuri restrittivi mmotivati minn azzjonijiet tar-Russja li jiddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li r-regoli kkontestati ma għandhom l-ebda motivazzjoni rigward VEB, u dan jipprekludi milli ssir difiża xierqa.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti li fuqhom huma bbażati d-dispożizzjonijiet ikkontestati, peress li ma għandhomx bażi fattwali u ta’ prova reali.It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv sa fejn jikkonċerna l-motivazzjoni tad-dispożizzjonijiet, in-nuqqas ta’ provi tal-motivi allegati u d-drittijiet ta’ difiża u tal-proprjetà, peress li ma ġewx osservati r-rekwiżiti ta’ motivazzjoni u l-ħtieġa li jkunu prodotti provi reali, li jaffettwa d-drittijiet l-oħra. Id-dritt ta’ difiża kien speċifikatament miksur, peress li l-Kunsill, minkejja t-talba rilevanti u f’waqtha, dam ħafna sabiex jieħu proċeduri dixxiplinarji, li kienu qosra u sempliċi sabiex isiru, u b’hekk ostakola l-preparazzjoni xierqa tajba tad-difiża tagħha mir-rikorrenti. Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq abbuż ta’ poter, peress li hemm indizji oġġettivi, preċiżi u konkordanti li bihom jista’ jiġi sostnut li l

-Kunsill meta adotta l-miżuri punittivi allega għanijiet differenti minn dawk allegati minnu.Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà, sa fejn ġie limitat severament mingħajr ġustifikazzjoni reali u mingħajr ma ġie osservat il-prinċipju ta’ proporzjonalità.Is-sitt motiv, ibbażat fiq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, peress li ġiet ippreġudikata l-pożizzjoni analoga ta’ VEB fis-swieq differenti mingħajr ma hemm ebda raġunijiet għal dan.