Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2016 – Alpha Calcit vs Materis Paints Italia (CALCITE)

(Kawża T-742/14) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CALCILITE – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea Calcilit – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tal-prodotti – Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009– Pubbliku rilevanti – Pubbliku komuni għall-prodotti inkwistjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alpha Calcit Füllstoffgesellschaft mbh (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Hauck, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Materis Paints Italia SpA (Novate Milanese, l-Italja) (rappreżentanti: P. L. Roncaglia, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Settembru 2014 (Każ R 753/2013-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Alpha Calcit Füllstoffgesellschaft u Materis Paints Italia

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-4 ta’ Settembru 2014 (Każ R 753/2013-4), hija annullata fir-rigward tal-prodotti “żebgħa, verniċ, żmalt; preservanti kontra s-sadid u kontra d-deterjorazzjoni tal-injam; koloranti; murdenti” koperti mit-trade mark ikkontestata.

2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)    Alpha Calcit Füllstoffgesellschaft mbh, l-EUIPO u Materis Paints Italia SpA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1     ĠU C 462, 22.12.2014.