Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2018 – Vnesheconombank vs Il-Kunsill

(Kawża T-737/14) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina – Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista tal-entitajiet li għalihom japplikaw miżuri restrittivi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Użu ħażin ta’ poter – Dritt għall-proprjetà – Libertà ta’ intrapriża – Ugwaljanza fit-trattamentˮ)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Bank for Development and Foreign Economic Affairs (Vnesheconombank) (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: J. M. Viñals Camallonga, J. L. Iriarte Ángel u L. Barriola Urruticoechea, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. de Elera-San Miguel Hurtado u G. Étienne, sussegwentement F. Florindo Gijón, P. Mahnič Bruni u H. Marcos Fraile, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, D. Gauci u S. Pardo Quintillán, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 13, rettifika fil-ĠU 2014, L 263, p. 35), fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/659/PESK tat-8 ta’ Settembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512 (ĠU 2014, L 271, p. 54), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 1, rettifika fil-ĠU 2014, L 246, p. 59), fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 960/2014 tat-8 ta’ Settembru 2014 li jemenda r-Regolament Nru 833/2014 (ĠU 2014, L 271, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Bank for Development and Foreign Economic Affairs (Vnesheconombank) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza u matul il-proċeduri għal miżuri provviżorji.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1     ĠU C 7, 12.1.2015.