Language of document : ECLI:EU:T:2018:543


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Settembru 2018 – Vnesheconombank vs Il-Kunsill

(Kawża T-737/14)

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina – Inklużjoni u, sussegwentement, żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista tal-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Użu ħażin ta’ poter – Dritt għall-proprjetà – Libertà ta’ intrapriża – Ugwaljanza fit-trattament”

1.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Inċidenza diretta – Kriterji – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Atti li jipprojbixxu lill-operaturi kollha tal-Unjoni milli jwettqu ċerti tipi ta’ operazzjonijiet finanzjarji ma’ stabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fir-Russja li jidhru fil-listi tal-entitajiet imsemmija mill-miżuri restrittivi – Rikors imressaq minn stabbiliment ta’ kreditu li jidher f’dawn il-listi – Ammissibbiltà

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK, Artikolu 1(1)(a), u Anness I; Regolament tal-Kunsill Nru 833/2014, Artikolu 5(1)(a), u Anness III)

(ara l-punti 47-50, 52)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq tal-kapital tal-Unjoni konkreti li jiġġustifikaw tali miżura – Deċiżjoni li tidħol f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li tippermettilha tifhem il-portata tal-miżura meħuda fil-konfront tagħha – Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja

(it-tieni paragraft tal-Artikolu 296 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(c); Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 833/2014)

(ara l-punti 66, 67, 69, 71, 72, 74-76, 78)

3.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Testi plurilingwi – Diverġenzi bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi – Teħid inkunsiderazzjoni tal-istruttura u tal-iskop tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni

(ara l-punt 82)

4.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Kriterji ta’ adozzjoni tal-miżuri restrittivi – Stabbiliment ta’ kreditu ewlieni jew kull stabbiliment ewlieni ieħor li jkollu mandat espliċitu sabiex jippromwovi l-kompetitività tal-ekonomija Russa u d-diversifikazzjoni tagħha u sabiex jiffavorixxi l-investimenti – Kunċett – Natura kumulattiva tal-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu ewlieni u tal-eżistenza ta’ tali mandat – Assenza

(Artikolu 215 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK, Artikolu 1(1)(a); Regolament tal-Kunsill Nru 833/2014, Artikolu 5(1)(a))

(ara l-punti 83, 84)

5.      Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Portata tal-istħarriġ

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 833/2014)

(ara l-punti 93-95)

6.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq tal-kapital tal-Unjoni – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità – Natura adegwata tal-miżuri restrittivi – Miżuri restrittivi li jfittxu għan leġittimu tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni

(Artikolu 21 TUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 833/2014)

(ara l-punti 96, 97, 133, 148)

7.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq tal-kapital tal-Unjoni – Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-provi kontra – Portata

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41(2)(a) u 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 833/2014)

(ara l-punti 106-109, 112, 115, 116, 119)

8.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq tal-kapital tal-Unjoni – Drittijiet tad-difiża – Komunikazzjoni tal-provi kontra – Deċiżjoni sussegwenti li żammet isem ir-rikorrent fil-lista ta’ persuni kkonċernati minn dawn il-miżuri – Assenza ta’ motivi ġodda – Ksur tad-dritt għal smigħ – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a); Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 833/2014)

(ara l-punt 121)

9.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq tal-kapital tal-Unjoni – Dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Drittijiet suġġetti għal talba lill-Kunsill f’dan is-sens – Osservanza ta’ terminu raġonevoli

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a); Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 833/2014)

(ara l-punti 122, 124)

10.    Rikors għal annullament – Motivi – Użu ħażin ta’ poter – Kunċett

(ara l-punt 131)

11.    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq tal-kapital tal-Unjoni – Restrizzjoni fuq id-dritt għall-proprjeta u fuq id-dritt ta’ eżerċizzju liberu ta’ attività ekonomika u preġudizzju għar-reputazzjoni – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 16, 17 u 52(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 833/2014)

(ara l-punti 142, 143, 145, 146, 149-154)

12.    Rikors għal annullament – Motivi – Impossibbiltà li jiġu invokati l-ftehimiet tal-WTO sabiex tiġi kkontestata l-legalità ta’ att tal-Unjoni – Eċċezzjonijiet – Att tal-Unjoni intiż li jiżgura l-eżekuzzjoni tiegħu jew li jirreferi għalih espressament u preċiżament

(l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Ftehim Ġenerali dwar ilKummerċ tas-Servizzi tal-1994 (GATT))

(ara l-punti 155, 157)

13.    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq tal-kapital tal-Unjoni – Deċiżjoni ta’ inklużjoni ta’ entità bankarja Russa fil-listi tal-persuni u entitajiet milquta mill-miżuri restrittivi – Nuqqas ta’ adozzjoni mill-Kunsill ta’ miżuri restrittivi fil-konfront ta’ entitajiet oħra li jinsabu f’sitwazzjoni identika – Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Assenza

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/512/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 833/2014)

(ara l-punti 161, 164)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 13, rettifika fil-ĠU 2014, L 263, p. 35), fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/659/PESK tat-8 ta’ Settembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512 (ĠU 2014, L 271, p. 54), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 1, rettifika fil-ĠU 2014, L 246, p. 59), fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 960/2014 tat-8 ta’ Settembru 2014 li jemenda r-Regolament Nru 833/2014 (ĠU 2014, L 271, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bank for Development and Foreign Economic Affairs (Vnesheconombank) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza u matul il-proċedura għall-miżuri provviżorji.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.