Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Mejju 2010 - Comune di Napoli vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-388/07) 1

(FEŻR - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja - Proġett pilota urban dwar l-implementazzjoni ta' network ta' siti telematiċi għall-belt ta' Napoli - Kunċett ta' irregolarità - Infiq eliġibbli)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Comune di Napoli (l-Italja) (rappreżentanti: F. Sciaudone, G. Tarallo, G. Pizza u R. Sciaudone, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, aġent, assistit minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Minn naħa, it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 3893, tat-8 ta' Awwissu 2007, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħtija, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 4254/88, emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2083/93, lill-belt ta' Napoli (l-Italja) bid-deċiżjoni PH/1997/2761 tal-Kummissjoni li approvat l-għajnuna tal-FEŻR fil-kuntest ta' Proġett Pilota Urban Nru 97. 05. 29. 002, kif ukoll, min-naħa l-oħra, rikors għad-danni intiż li jikseb kumpens għad-dannu allegatament miġrub mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

Il-Comune di Napoli hija kkundannata għall-ispejjeż

____________

1 - ĠU C 283, 24.11.2007