Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Ottubru 2009 - Henkel vs UASI - JLO Holding (LIVE)

(Kawża T-414/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Henkel AG & Co. KGaA (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Milbradt, avukata),

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: JLO Holding Company LLC (Santa Monica, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta' Lulju 2009 (Każ R 609/2008-1), sa fejn it-trade mark Komunitarja Nru 984 245 ("LIVE") ġiet iddikjarata bħala rrevokata għall-prodotti: spapen, fwejjaħ, kożmetiċi;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali "LIVE" għal prodotti fil-klassi 3 (Trade mark Komunitarja Nru 984 245)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: JLO Holding Company, LLC

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: it-trade mark Komunitarja rrevokata parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata parzjalment u t-trade mark Komunitarja rrevokata parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, għaliex ġie stabbilit użu ġenwin tat-trade mark inkwistjoni f'din il-kawża anki għall-kategoriji ta' prodotti: spapen, fwejjaħ, kożmetiċi

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).