Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Mejju 2011 - Power-One Italy vs Il-Kummissjoni
"Rikors għad-danni - Proġett kofinanzjat bl-istrument finanzjarju LIFE+ - Żvilupp ta' sistema ġdida ta' provvista ta' enerġija għal użu fis-settur tat-telefonija ċellulari (proġett Pneuma) - Użu ħażin ta' proċedura - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà"
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Power-One Italy SpA (Terranova Bracciolini, l-Italja) (rappreżentanti: R. Giuffrida u A. Giussani, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u D. Recchia, aġenti)
Suġġett
Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm il-proġett Pneuma (LIFE04 ENV/IT/000595), maħsub sabiex jikkofinanzja l-iżvilupp ta' sistema ġdida ta' provvista ta' enerġija għal użu fis-settur tat-telefonija ċellulari.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Power-One Italy SpA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni.
____________1 - ĠU C 6, 10.01.2009.