Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2010 – Kureha vs UASI – Sanofi‑Aventis (KREMEZIN)
(Kawża T-487/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KREMEZIN – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti KRENOSIN – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Xebh tal-prodotti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Prova tal-eżistenza tat-trade mark preċedenti – Termini – Regoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 – Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009]”
1. Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet minn terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti - Użu parzjali - Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punti 56, 57)
2. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 68, 69, 90)
Suġġett
| Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1631/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sanofi-Aventis SA u Kureha Corp. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant tat-trade mark Komunitarja: | Kureha Corp. |
Trade mark Komunitarja kkonċernata: | Trade mark verbali KREMEZIN għal prodotti fil-klassi 5 – Applikazzjoni Nru 2906501 |
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: | Sanofi-Aventis SA |
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: | Trade mark verbali internazzjonali Nru 529937 KRENOSIN irreġistrata għal prodotti fil-klassi 5 |
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: | Oppożizzjoni milqugħa |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: | Appell miċħud |
Dispożittiv
2) | | Kureha Corp. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI). |
3) | | Sanofi-Aventis SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |