Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Novembru 2008 - Kureha vs UASI - Sanofi-Aventis (KREMEZIN)

(Kawża T-487/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kureha Corp. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: W. von der Osten-Sacken u O. Sude, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Sanofi-Aventis SA (Gentilly, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta' Settembru 2008 fil-każ R 1631/2007-4; u

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: L-applikant

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "KREMEZIN" għal prodotti fil-klassi 5 - Applikazzjoni Nru 2 906 501

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nru 529 937 tat-trade mark verbali "KRENOSIN" għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: L-oppożizzjoni ġiet milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: L-appell ġie miċħud

Motivi invokati: Ksur tar-Regola 19 u tar-Regola 20(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/951, kif ukoll abbuż ta' poter, peress li l-Bord tal-Appell kkunsidra b'mod żbaljat li l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiemha ippruvat b'mod sodisfaċenti l-eżistenza u l-validità tat-trade mark preċedenti; Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) flimkien mal-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell żbalja fid-deċiżjoni tiegħu li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________

1 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta' Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU 1995 L 303, p. 1).