Language of document : ECLI:EU:T:2009:329





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Settembru 2009 – Parfums Christian Dior vs UASI – Consolidated Artists (MANGO adorably)

(Kawża T-308/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MANGO adorably – Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti J’ADORE u ADIORABLE – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Probabbiltà ta’ profitt indebitu mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti – Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 49, 50)

2.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni - Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża lil prodotti jew servizzi li ma jixxibhux - Kundizzjonijiet - Rabta bejn it-trade marks (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 62-64)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Mejju 2008 (Każ R 1162/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Parfums Christian Dior u Consolidated Artists BV.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Consolidated Artists BV

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva MANGO adorably għall-prodotti fil-klassi 3

Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:

Parfums Christian Dior

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali Franċiża ADIORABLE rreġistrata bin-numru 33209849 għall-prodotti fil-klassi 3; trade mark verbali Franċiża J’ADORE rreġistrata bin-numru 94536564 għal prodotti differenti, fosthom prodotti fil‑klassi 3; trade mark verbali internazzjonali ADIORABLE rreġistrata bin-numru 811001 għal prodotti differenti, fosthom prodotti fil-klassi 3; trade mark verbali internazzjonali J’ADORE rreġistrata bin-numru 687422 għal prodotti differenti, fosthom prodotti fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Parfums Christian Dior hija kkundannata għall-ispejjeż.