Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fid-9 ta’ Ġunju 2023 – “Vivacom Bulgaria” EAD vs Varhoven administrativen sad, Natsionalna agentsia za prihodite

(Kawża C-369/23, Vivacom Bulgaria)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: “Vivacom Bulgaria” EAD

Konvenut: Varhoven administrativen sad, Natsionalna agentsia za prihodite

Domanda preliminari

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jippermettu dispożizzjoni legali nazzjonali, bħal dik prevista fil-punt 1 tal-Artikolu 2в(1) taż-Zakon za otgovornostta na darzhavata i obshtinite za vredi (il-Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat u tal-Muniċipalitajiet għad-Danni), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 203(3) u mal-punt 6 tal-Artikolu 128(1) tal-Administrativnoprotsesualen kodeks (il-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva), li tipprovdi li kawża għall-kumpens tad-danni kkawżati minn ksur tad-dritt tal-Unjoni mwettaq mill-Varhoven administrativen sad (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Bulgarija), li fiha l-Varhoven administrativen sad (il-Qorti Amministrattiva Suprema) tkun il-konvenuta, għandha tinstema’ fl-aħħar istanza minn din l-istess qorti?

____________