Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' April 2011 - Département du Gers vs Il-Kummissjoni
"Rikors għal annullament - Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Affarijiet tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament immodifikat - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà"
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Département du Gers (Franza) (rappreżentanti: S. Mabile u J.-P. Mignard, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u L. Pignataro, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/428/UE, tat-28 ta' Lulju 2010, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jiġu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament 59122x1507xNK603 (DAS-59122-7xDAS-Ø15Ø7xMON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 201, p. 41).
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2) Id-Département du Gers għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.
3) Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tar-Région Centre, tar-Région Picardie, tad-Département de la Haute-Garonne, tar-Région Bretagne, tar-Région Poitou-Charentes, tar-Région Provence-Alpes-Côte d'Azur, tar-Région Bourgogne, tar-Région Midi-Pyrénées, tar-Région Auvergne, tar-Région Pays de la Loire, tar-Région Rhône-Alpes, tad-Département des Côtes d'Armor, tar-Région Île de France u tar-Région Nord-Pas-de-Calais.
____________1 - ĠU C 346, 18.12.2010.