Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ġunju 2011 - Ax vs Il-Kunsill
"Rikors għal annullament - Assistenza finanzjarja tal-Unjoni lil Stat Membru li jkun għaddej minn tfixfil ekonomiku jew finanzjarju serju - Regolament li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċedura ta' għoti ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni - Ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Nuqqas ta' assenjazzjoni diretta - Inammissibbiltà"
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Thomas Ax (Neckargemünd, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Baumann, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Middleton, M. Bauer u A. De Gregorio Merino, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, J.-P. Keppenne, H. Krämer, aġenti); u r-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: M. Borkoveca u A. Nikolajeva, aġenti)
Suġġett
Annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010, tal-11 ta' Mejju 2010, li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, p. 1).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Thomas Ax għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Ir-Repubblika tal-Litwanja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
____________1 - ĠU C 234, 28.08.2010.