Language of document : ECLI:EU:T:2012:504





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012 – L‑Italja vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑257/10)

“Għajnuna mill-Istat – Stabbiliment ta’ impriża f’ċerti Stati terzi – Self b’rata mnaqqsa – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali dwar l-istess proċedura – Awtorità ta’ res judicata – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proġetti ta’ għajnuna – Obbligu ta’ notifika minn qabel u ta’ sospensjoni provviżorja tal-implementazzjoni tal-għajnuna – Portata – Komunikazzjoni sussegwenti ta’ miżuri lill-Kummissjoni – Rapporti annwali dwar l-iskemi ta’ għajnuna eżistenti – Insuffiċjenza (Artikolu 108(3) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikoli 2 u 21) (ara l-punti 24‑27)

2.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 28)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Għajnuna mogħtija bi ksur tar-regoli proċedurali tal-Artikolu 108 TFUE – Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Protezzjoni għall-benefiċjarji – Invokazzjoni mill-Istat Membru li ta l-għajnuna – Inammissibbiltà – Invokazzjoni tal-prinċipju mill-Istat Membru stess – Inammissibbiltà – Nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni matul perijodu relativament twil – Assenza ta’ effett (Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE) (ara l-punt 29)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali – Terminu massimu ta’ xahrejn – Inapplikabbiltà fil-każ ta’ għajnuna mhux innotifikata (Artikolu 108(3) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 4(6)) (ara l-punti 35‑37, 39)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni u li tordna l-ħlas lura tagħha – Deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata wara l-annullament tal-ewwel deċiżjoni minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Ksur – Assenza (Artikolu 107 TFUE) (ara l-punt 41)

6.                     Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni – Portata – Teħid inkunsiderazzjoni kemm tal-motivazzjoni kif ukoll tad-dispożittiv tas-sentenza – Adozzjoni ta’ att ġdid abbażi tal-atti preparatorji preċedenti – Ammissibbiltà (Artikolu 266 TFUE) (ara l-punti 44‑47)

7.                     Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Raġuni distinta minn dik li tirrigwarda l-legalità fil-mertu (Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE) (ara l-punti 53, 54, 74)

8.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Applikazzjoni għall-proċeduri amministrattivi mibdija mill-Kummissjoni – Eżami tal-proġetti ta’ għajnuna – Portata (Artikolu 108 TFUE) (ara l-punti 63, 66, 67)

9.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni – Karatterizzazzjoni tal-effett ħażin fuq il-kompetizzjoni u tal-effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata (Artikoli 107(1) TFUE u 296 TFUE) (ara l-punti 75, 76)

10.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Deċiżjoni dwar għajnuna intiża li tiffinanzja spejjeż ta’ penetrazzjoni kummerċjali f’pajjiżi terzi – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 77‑79, 93‑95, 97, 99, 100)

11.                     Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Portata – Awtorità assoluta ta’ res judicata – Portata – Teħid inkunsiderazzjoni kemm tal-motivazzjoni kif ukoll tad-dispożittiv – Deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata wara l-annullament tal-ewwel deċiżjoni minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni (ara l-punti 104, 111, 114)

12.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Għajnuna ta’ importanza sekondarja – Regolament Nru 1998/2006 – Kamp ta’ applikazzjoni – Esklużjoni ta’ għajnuna favur attivitajiet marbuta mal-esportazzjoni – Kunċett (Artikolu 107(1) TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1998/2006, Artikolu 1 u 1(d)) (ara l-punti 117, 119‑121, 124)

13.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Għajnuna ta’ importanza sekondarja – Tqassim ta’ għajnuna li teċċedi l-limitu applikabbli sabiex tkun tista’ tibbenefika parzjalment mir-regola de minimis – Inammissibbiltà (Artikoli 107(1) TFUE u 108(3) TFUE) (ara l-punti 127‑130)

14.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Obbligu ta’ diliġenza tal-Istat Membru li jagħti l-għajnuna u tal-benefiċjarju tagħha fir-rigward tal-komunikazzjoni ta’ kull informazzjoni rilevanti – Assenza ta’ osservazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati – Nuqqas ta’ effett fuq il-validità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni – Obbligu ta’ eżami ex officio tal-elementi mhux invokati espressament – Assenza (Artikoli 107(3)(ċ) TFUE u 108(2) TFUE) (ara l-punti 135‑137)

15.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Stabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti – Kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat – Self mogħti b’rata preferenzjali – Ħlas lura tad-differenza bejn l-interessi dovuti bir-rata tas-suq u dawk effettivament imħallsa – Evalwazzjoni tar-rata ta’ suq fid-dawl tar-rati ta’ interess ipprattikati fil-mument tal-approvazzjoni tas-self (Artikolu 108 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(1)) (ara l-punti 147, 150‑152)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/134/UE, tal-24 ta’ Marzu 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat C 4/03 (ex NN 102/02) implimentata mill-Italja favur WAM SpA (ĠU 2011, L 57, p. 29).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.